Il-Kunsill huwa mmexxi minn presidenza, li taħdem fuq sistema ta’ rotazzjoni bejn l-Istati Membri kull 6 xhur.
F’UE ta' 25 stat jew aktar, pajjiż individwali jista’ biss ikollu l-presidenza darba kull tnax-il sena. Dan ifisser presidenza ta’ l-UE waħda għal kull ġenerazzjoni ta’ politiċi.
Noti:
Fil-prattika, il-pajjiżi ż-żgħar ta’ l-UE spiss mexxew l-aħjar presidenzi ta’ l-UE minħabba li kienu jafu li ma jistgħux jiffokaw fuq l-interessi tagħhom waqt li jkollhom il-presidenza.
Meta pajjiż ifittex li jagħti prijorità għall-interessi tiegħu stess waqt li jkollu l-presidenza, l-Istati Membri l-oħra jsiru suspettużi u l-konsensus politiku jsir diffiċli.
Din hija r-raġuni għala pajjiżi iżgħar iqisu l-presidenza ta’ l-UE primarjament bħala ħidma teknika bil-għan li tistabbilixxi kemm jista’ jkun kompromessi u li tmexxi ‘l quddiem l-aġenda komuni għall-integrazzjoni ta’ l-UE.
Kull Presidenza ta’ l-UE dejjem tuża s-servizzi ta’ Segretarjat permanenti iżda tippresiedi l-laqgħat kollha tal-Kunsilli ministerjali differenti u tal-working groups.
Kompromess bejn opinjonijiet differenti ta’ presidenzi ta’ l-UE fil-futur jista’ jkun jinkludi li l-working groups differenti u l-Kunsilli jitħallew jeleġġu l-president fost il-membri tagħhom u jużaw is-sistema ta’ rotazzjoni biss fi presidenzi funzjonali differenti.
Il-Futur
It-tkabbir ġie wżat bħala argument favur it-tneħħija għal kollox tas-sistema ta’ rotazzjoni u l-introduzzjoni ta’ presidenzi permanenti ta’ l-UE. Is-laqghat gholja ta’ l-2002 f’Sevilja u f’Copenhagen ħadmu fuq formoli differenti ta’ kompromess.
Fil-konvenzjoni, Franza u l-Ġermanja pproponew li l-membri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa għandhom jaħtru President ta’ l-UE għal perjodi ta’ ħames snin, jew inkella ghal sentejn u nofs, b’possibiltà li jerġa’ jiġi elett.
Id-Danimarka pproponiet President permanenti ta’ l-UE li jkun jaħdem fuq sistema ta’ rotazzjoni bejn pajjiżi żgħar, ta’ daqs medju u kbar.
Bosta pajjiżi żgħar ta’ l-UE jirrifjutaw il-kunċett ta’ presidenza permanenti minħabba li dawn jaħsbu li bla dubju ta’ xejn din il-pożizzjoni ser tkun f’idejn xi ħadd mill-pajjiżi l-kbar.
Il-pajjiżi l-kbar kollha jridu President permanenti ta’ l-UE sabiex iżidu l-visibilità ta’ l-UE fix-xena internazzjonali u sabiex jimpedixxu lill-Istati Membri żgħar milli jkunu ttratti bl-istess mod tal-pajjiżi l-kbar ta’ l-Ewropa.
Finalment, il-Konvenzjoni pproponiet presidenza permanenti tal-Kunsill Ewropew. Dan għandu jiġi maħtur b’maġġoranza kwalifikata għal perjodu ta’ sentejn u nofs, li jista’ jiġi mġedded. Presidenzi oħra tal-Kunsill permezz ta’ sistema li trid tiġi deċiża b’mod unanimu bbażata fuq rotazzjoni ndaqs.
L-ordni ta’ rotazzjoni sa l-aħħar ta’ l-2006:
2003:
Il-Greċja (l-ewwel nofs)
L-Italja (it-tieni nofs)
2004:
L-Irlanda (l-ewwel nofs)
L-Olanda (it-tieni nofs)
2005:
Il-Lussemburgu (l-ewwel nofs)
Ir-Renju Unit (it-tieni nofs)
2006:
L-Awstrija (l-ewwel nofs)
Il-Finlandja (it-tieni nofs)
Links