Liġi ta’ l-UE li torbot lill-Istati Membri sabiex jinkluduha fil-liġi domestika tagħhom f’perjodu ta’ żmien, normalment ta’ 18-il xahar. Jekk l-Istati jonqsu milli jagħmlu dan, id-direttiva tkun tista’ titqies bħala applikabbli direttament.
Għal tali nuqqas, il-Qorti ta’ l-UE tista’ tissoġġetti lill-Istati Membri li jonqsu milli jimplimentawha għal passi bil-qorti miċ-ċittadini tagħhom stess jew oħrajn.
Normalment id-Direttivi huma mibdula f’liġijiet nazzjonali mill-Parlamenti Nazzjonali jew hafna drabi mill-gvernijiet permezz ta’ atti delegati.
Il-liġi ta’ l-UE tagħmel distinzjoni bejn Direttivi u Regolamenti. Ir-Regolamenti huma direttament applikabbli u jkunu jorbtu ladarba jinħarġu, mingħajr ma jgħaddu mill-Parlament Nazzjonali.
Il-futur
Id-Democracy Forum tipproponi li jigu revokati d-direttivi kollha u jiġu mibdula f’rakkomandazzjonijiet li ma jorbtux.
Izda permezz ta' l-abbozz tal-Kostituzzjoni iridu jżommu d-direttivi waqt li jsemmuhom liġijiet strutturali ta’ l-UE.