Trattament ugwali
L-irġiel u n-nisa għandhom jiġu ttrattati ugwali fl-UE.
- Dan il-prinċipju huwa stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea (TKE) bħala wieħed mill-għanijiet tal-Komunità.
- It-TKE jipprojbixxi wkoll kwalunkwe diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ nazzjonalità skond l-Art. 12.
- Il-miżuri ta’ l-UE sabiex jiġġieldu kull tip ta’ diskriminazzjoni (ibbażata fuq sess, razza jew oriġini etnika, reliġjonijiet jew twemmin, disabilità, età jew orjentazzjonijiet sesswali) jistgħu ikunu bbażati fuq l-Art. 13 TKE, introdotti taħt it-Trattat ta’ Amsterdam.
- Il-ħtiġijiet għal trattament ugwali ta’ nisa u rġiel fir-rigward ta’ pagi, pensjonjiet, kundizzjonijiet tax-xogħol, prospetti ta’ promozzjoni eċċ., huma bbażati fuq l-Art. 141. TKE, li għandu wkoll effett dirett fuq iċ-ċittadini.
- Skond ġudizzju tal-Qorti ta’ l-UE, min iħaddem għandu jagħti prova li huwa jew hija mhumiex qed jagħmlu diskriminazzjoni kontra nisa fil-każijiet fejn in-nisa qegħdin jagħmlu xogħol simili għal dak ta’ l-irġiel iżda qegħdin jirċievu paga inqas (każ 109/88).
Il-futur
Fil-working group tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Ewropa Soċjali kien hemm diskussjonijiet twal u vibranti dwar "l-ugwaljanza" bejn in-nisa u l-irġiel bħala valur komuni ta’ l-Unjoni.
Finalment, din ġiet adotatta u ġiet inkluża fl-ewwel abbozz tal-Kostituzzjoni bħala twemmin ġenerali (valur) ta’ l-UE; ara l-Art. I-2.
Links
Ara wkoll Diskriminazzjoni.