Qorti tal-Gustizzja/Qorti ta’ l-UE

Court of Justice (Photo: Court of Justice)

Ibbażata fil-Lussemburgu, il-Qorti tiġġudika fuq każijiet taħt it-trattati ta’ l-UE. Hija l-aħħar interpretu ta’ kwistjonijiet legali ta’ l-UE taħt it-trattati.

Din il-Qorti taġġudika każijiet miġjuba quddiema minn ċittadini jew assoċjazzjonijiet, minn Stati Membri wieħed kontra l-ieħor, minn Stati Membri kontra l-istituzzjonijiet ta’ l-UE u viċi-versa, u minn istituzzjonijiet ta’ l-UE waħda kontra l-oħra.

Il-Qorti hija magħmula minn imħallef wieħed minn kull Stat Membru u disa’ avukati ġenerali, li jippreparaw il-każijiet. Dawn jinsabu maqsumin kameralment.

Il-Qorti hija responsabbli biss għal kwistjonijiet ta’ l-ewwel kolonna (supra-nazzjonali) u hija għalhekk uffiċjalment imsejħa l-Qorti tal-Komunità Ewropea.

Taħt it-Trattat ta’ Nizza l-Qorti kisbet kompetenza f’xi aspetti tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni u issa tista’ tissejjaħ il-Qorti ta’ l-UE.

Il-Qorti fil-Lussemburgu għandha influwenza kbira fl-interpretazzjoni tat-trattati b’mod li effettivament żdiedet il-kompetenza ta’ l-UE bl-aktar mod wiesgha.

Fl-1964, fil-każ Costa vs. Enel, iddeċidiet li l-liġi ta’ l-UE għandha tirbaħ (tipprevali) fuq il-liġi nazzjonali. Fl-1970, fil-każijiet Internationale Handelsgesellschaft u Simmenthal iddeċidiet li l-liġi ta’ l-UE tirbaħ (tipprevali) fuq il-kostituzzjonijiet nazzjonali.

Il-futur

Jekk il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (l-hekk imsejjah Charter) tkun torbot legalment, kif propost fl-Abbozz tal-Kostituzzjoni, il-Qorti ser issir rivali tal-Qorti tad-Drittijiet Umani fi Strasburgu, għalhiex it-tnejn ikunu qegħdin jieħdu ħsieb kwistjonijiet ta’ drittijiet umani.

Links

http://curia.eu.int/