Ispirat bid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet Umani, il-Kunsill ta’ l-Ewropa stabbilixxa l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali. Ġiet stabbilita Qorti tad-Drittijiet Umani fi Strasburgu sabiex tiġġudika dwar vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani.
Il-Konvenzjoni ġiet iffirmata f’Ruma fl-1950 u daħlet fis-seħħ mill-1953.
Iċ-ċittadini ta’ l-istati, li ffirmaw il-Konvenzjoni, jistgħu jġibu każijiet quddiem il-gvernijiet tagħhom stess li allegatament ikunu jmorru kontra d-drittijiet umani taħt il- Konvenzjoni.
Il-membri kollha ta’ l-UE u l-pajjiżi applikanti huma firmatarji għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani, iżda l-istituzzjonijiet ta’ l-UE għadhom mhumiex marbutin biha. L-UE bħala ħaġa waħda, għadha ma ffirmathiex.
Il-futur
L-Abbozz tal-Kostituzzjoni jipprovdi bażi legali għall-UE sabiex tiffirma l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet Umani, flimkien ma’ l-Istati Membri. L-UE sejra tikseb personalità legali li tippermettilha li tagħmel dan. Dan ma jaffettwax il-kompetenza ta’ l-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5.
Il-formolazzjoni tal-kliem ma jagħtix il-preminenza lill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet Umani kif propost mill-Euro-xettiċi fil-Konvenzjoni Karta.
Jekk iqum kunflitt bejn il-Qorti tad-Drittijiet Umani fi Strasburgu u l-Qorti ta’ l-UE fil-Lussemburgu, il-ġudizzju tal-Qorti ta’ l-UE jkollu l-preminenza.
Links
Ara wkoll Qorti ta’ l-UE.
http://conventions.coe.int/Treaty/EN/CadreListeTraites.htm