Perspettiva finanzjarja

(Photo: European Commission)

L-UE tiddeċiedi perspettiva finanzjarja li tpoggi limiti ta’ infiq ta’ l-UE għal kategoriji differenti ta’ infiq. Din hija parti mill-proċedura tal-baġit, li sseħħ qabel l-estimi ta’ l-infiq ta’ l-istituzzjonijiet u l-istabbiliment mill-Kummissjoni ta’ l-abbozz preliminarju tal-baġit.
Il-perspettiva finanzjarja hija rregolata minn ftehim inter-istituzzjonali bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament.

Is-laqgha gholja ta’ l-UE f’Copenhagen f’Diċembru ddeċidiet perspettiva finanzjarja ġdida li tinkludi l-ispejjeż għat-tkabbir ta’ l-UE. Il-figuri ġew imbagħad inklużi fit-trattati ta’ adeżjoni. Dan kien ifisser li l-Parlament ta’ l-UE ġie mizmum milli jinfluwenza l-infiq.

Il-Parlament ta’ l-UE l-ewwel irreaġixxa billi hedded li jdewwem il-proċess tat-tkabbir, iżda fl-aħħar ta l-kunsens tiegħu u rebaħ ammont akbar.

Il-futur

L-Abbozz tal-Kostituzzjoni jipproponi li l-adozzjoni tal-perspettiva finanzjarja ssir parti mill-kostituzzjoni.