Baġit
- Official Journal of the European Union (Photo: www.ec.europa.eu/budget)
Il-baġit huwa abbozzat mill-Kummissjoni ta’ l-UE u mbagħad tittieħed deċiżjoni fuqu mill-Kunsill u mill-Parlament ta’ l-UE. Il-ministri fil-Kunsill għandhom l-aħħar kelma fuq ‘l hekk imsejħa spejjeż obbligatorji jew infiq obbligatorju, li b’mod prinċipali jintnefaq fuq il-baġit ta’ l-agrikoltura.
Il-Parlament ta’ l-UE għandu l-aħħar kelma fuq spejjeż mhux ta’ bilfors jew mhux obbligatorji, li jkopru ħafna mill-għanijiet l-oħra.
Kien hemm bosta tilwim dwar il-klassifikazzjoni ta’ l-infiq, bir-riżultat li l-Parlament ta’ l-UE kiseb aktar setgħat matul is-snin.
L-infiq mhux obbligatorju żdied minn 8% tal-baġit fis-snin sebgħin għal 58% fl-2003.
Issa l-ftehim inter-instituzzjonali jiddeċiedi fuq il-klassifikazzjoni.
Il-parti tad-dħul tal-baġit tiġi deċiża biss mill-Kunsill permezz ta’ taxxi tad-dwana, livelli agrikoli, multi, 1 % tal-bażi tal-VAT flimkien ma’ kontribuzzjoni li għandha x’taqsam mal-GNP.
Hemm limitu fuq id-dħul totali ta’ l-UE (ir-riżorsi ta’ l-UE) li għandhom ikunu taħt il- 1.27 % tal-GNP totali. Il-baġit jista’ biss jaqbeż il-1.27 % permezz ta’qbil unanimu bejn l-Istati Membri.
Il-futur
Il-Konvenzjoni tipproponi l-abolizzjoni tad-distinzjoni bejn l-infiq obbligatorju u dak mhux obbligatorju u li tagħti lill-Parlament ta’ l-UE l-aħħar kelma fuq l-infiq u lill-Kunsill l-aħħar kelma fuq id-dħul ta’ l-UE u s-sorsi tagħha.
Links
http://europa.eu.int/pol/financ/index_en.htm