Illum il-komunitajiet Ewropej għandhom "personalità legali" u biha għandhom is-setgħa li jirrapreżentaw lill-Istati ta’ l-UE kollha f’impenni internazzjonali li jorbtu. L-Unjoni Ewropea ghad m'għandhiex personalità legali.
Il-futur
Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa tipproponi li tagħti personalità legali lill-Unjoni sħiħa u li teħles mid-diviżjoni bejn l-ewwel, it-tieni u t-tielet kolonna, kif stabbilit bit-Trattat ta’ Maastricht.
Dan jagħmel lill-UE korp internazzjonali indipendenti, li jista’ jitqabbel ma’ kif kienu tradizzjonalment l-pajjiżi membri tagħha. Dan sejjer ifisser li, minn barra, l-UE tkun tidher bħala stat.