Konvenzjoni dwar il-Futur ta` l-Ewropa
- Convention on the Future of Europe (Photo: EUobserver.com)
Normalment konvenzjoni hija laqgħa kbira b'ħafna membri ta' partit, professjoni jew organizzazzjoni.
Laqgħa Għolja (Summit) tal-Kapijiet ta' l-Istati u l-Gvernijiet fi Brussel/Laeken f'Diċembru 2001 iddeċidiet li tistabbilixxi Konvenzjoni speċjali sabiex tħejji trattat ġdid sabiex isegwi it-Trattat ta' Nizza.
Il-Konvenzjoni kienet magħmula minn 16-il membru mill-Parlament ta' l-UE, 32 mill-Parlamenti nazzjonali, 15 mill-gvernijiet nazzjonali, u tnejn mill-Kummissjoni.
Il-pajjiżi applikanti, inkluża t-Turkija, kienu rrappreżentati minn 26 membru mill-Parlamenti nazzjonali tagħhom u 13 mill-gvernijiet tagħhom.
Il-Konvenzjoni kienet immexxija minn Giscard d'Estaing bħala President, u l-eks Prim Ministru Taljan Guliano Amato u l-eks Prim Ministru Belġjan Jean-Luc Dehaene bħala Viċi-Presidenti. Giscard d'Estaing ippresieda wkoll il-Praesidium tal-Konvenzjoni, li stabbilixxa aġenda, ġibed konklużjonijiet, u stabbilixxa il-working groups tal-Konvenzjoni.
Kull membru għajr il-presidenza kellu membri alternattivi fil-kamra tal-laqgħa relevanti, iżda li setgħu jitkellmu biss meta l-membru sħiħ ma kienx preżenti.