Transparenza tfisser li wieħed ikun jista’ jara kif isir il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni u li jkollu aċċess għal dokumenti u laqgħat.
Ħafna mill-progress dwar it-trasparenza fi ħdan l-UE intlaħaq permezz tal-Qorti ta’ l-UE, li giegħlet lill-istituzzjonijiet jiġġudikaw kull dokument b’mod individwali, minflok jaqbdu u ma jaċċettawx ħafna applikazzjonijiet.
Il-progress stabbilit mill-Qorti issa huwa parti mir-regolament dwar it-trasparenza adottat taħt ko-deċiżjoni u maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta’ l-Art. 255 TKE (Trattat tal-Kommunità Ewropea).
L-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti għandu jiġi pproċessat mill-istituzzjonijiet fi żmien 15-il ġurnata xogħol, iżda spiss jistennew 10 t’ijiem sabiex jirreġistraw li rcevew ittra u jistghu jitolbu għal 15-il ġurnata aktar – biex imbagħad jistghu ma jilqgħux it-talba.
Imbagħad l-individwu għandu d-dritt li jibagħt applikazzjoni ġdida lill-istituzzjoni u jitlobha tikkonsidra il-pożizzjoni tagħha mill-ġdid, u fl-aħħar, jistghu imorru għand l-Ombudsman jew il-Qorti ta’ l-UE.
L-istituzzjonijiet tejjbu t-trasparenza tagħhom billi jipprovdu liċ-ċittadini bl-informazzjoni permezz ta’ l-internet. Iżda, għadhom jaħbu d-deliberazzjonijiet interni tagħhom dwar il-leġislazzjoni mill-pubbliku u anke mill-membri eletti tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament ta’ l-UE.
Meta l-kumitati tal-Parlament ta’ l-UE jiddiskutu proposti tal-liġi din isseħħ fuq bażi skaduta għal kollox. Bil-qegħda wara l-Membri tal-Parlament issib lill-assistenti jew lill-istudenti mir-rappreżentazzjonijiet permanenti, il-Kummissjoni ta’ l-UE u l-Kunsill, bil-verżjonijiet aġġornati mill-aħħar laqgħa tal-working group relevanti tal-Kunsill. Hemmhekk, iseħħ il-vera leġislazzjoni.
Skond il-konklużjonijiet tal-laqgha gholja ta’ l-UE ta’ Sevilja f’Ġunju 2002, il-laqgħat tal-Kunsill għandhom ikunu miftuħin għall-pubbliku.
Madankollu għad baqa’ ħafna restrizzjonijiet. Eżempju, taħt il-Presidenza Griega fl-2003, 8 laqgħat tal-Kunsill biss minn madwar 170 kienu miftuħin għall-pubbliku.
Il-futur
Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa tipproponi l-ftuħ fil-laqgħat uffiċjali kollha tal-Kunsill li jiddiskutu liġijiet ġodda ta’ l-UE. Iżda, l-Konvenzjoni għad mhiex se tiftaħ il-kumitati ta’ leġislazzjoni u tagħti liċ-ċittadin dehra mill-qrib ta’ kif vera jiġu deċiżi l-liġijiet tagħhom.
Jacob Söderman, l-Ombudsman Ewropew li ftit ilu spiċċa mill-kariga, ppropona trasparenza u riforma amministrattiva.
Il-Parlament Ewropew ippropona li l-laqgħat u d-dokumenti kollha jkunu miftuħin sakemm maġġoranza ta’ ⅔ ma tiddeċidix mod ieħor. Din il-proposta rċiviet appoġġ minn 200 membru u membri sostituti tal-Konvenzjoni iżda baqgħet ma ddaħlitx fl-Abbozz tal-Kostituzzjoni mill-Praesidium.
Links