Enerġija

(Photo: EUobserver.com)

Ma hemm ebda Kapitolu ġenerali fit-trattati ta’ l-UE fuq l-enerġija, iżda l-Art. 3 tat-Trattat tal-Komunita Ewropea (TEC) jikkwota l-enerġija bħala waħda mill-oqsma li fihom l-Unjoni tista’ tieħu ażżjoni sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha.

L-UE għandha wkoll kompetenza għall-politika ta’ l-enerġija taħt ir-regoli normali tal-Komunità għall-iżvilupp tas-suq intern, networks trans-ewropej, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-politika ambjentali.

L-enerġija nukleari hija parti mit-Trattat ta’ l-Euratom.

Il-futur

L-Abbozz tal-Kostituzzjoni jipproponi li l-enerġija tkun kompetenza maqsuma. Dan ifisser li l-liġijiet ta’ Stat Membru dwar l-enerġija ser jiġu awtomatikament megħluba mill-liġijiet ta' l-UE.

It-Trattat tal-EURATOM ser ikun anness mal-Kostituzzjoni.