Kompetenza Maqsuma
Normalment “Kompetenza Maqsuma” tfisser li tnejn li jkunu jridu jieħdu deċiżjoni jaqsmu d-dritt li jiddeċiedu u jfasslu l-liġijiet.
Meta l-UE u l-Istati Membri tagħha jaqsmu kompetenza, l-Istat Membru jitlef il-kompetenza tiegħu meta l-UE tiddeċiedi li tirregola. Iżda, l-UE ma titlifx il-kompetenza meta Stat Membru wieħed, ħafna jew anke kollha jirregolaw.
B’hekk il-leġislazzjoni ta’ l-UE toħnoq il-kompetenza nazzjonali milli tilleġisla.
Il-futur
L-Abbozz tal-Kostituzzjoni jipproponi fl-Art. I-13 li l-oqsma li ġejjin isiru kompetenzi maqsuma: regoli tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq Intern, iż-Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, l-Agrikoltura u s-Sajd, it-Trasport, in-networks Trans-Ewropej, l-Enerġija, il-Politika Soċjali u ta’ l-Impjiegi, il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali, l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika, u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
Links
Ara wkoll Kategoriji ta' kompetenza u working group tal-Konvenzjoni dwar kompetenza komplementarja.