Għanijiet ta’ l-UE
- (Photo: Court of Auditors)
L-UE għandha tippromwovi:
- l-koeżjoni ekonomika u soċjali
- l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel
- il-protezzjoni ambjentali u soċjali
- l-iżvilupp ta’ avvanz xjentifiku u teknoloġiku, inkluż l-esplorazzjoni ta’ l-ispazju.
Għandha tinkoraġġixxi s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u bejn l-Istati, u opportunitajiet ugwali għal kulħadd.
Ara wkoll Il-valuri ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Unjoni Ewropea tiddefinixxi l-għanijiet tagħha fl-Artikolu 2 TKE. Legalment dawn ma jorbtux. Izda l-Qorti ta’ l-UE tista’ tqishom meta tigi biex tiddeċiedi fuq il-każistika.
Noti
L-ewwel u l-aktar għan importanti kien l-istabbiliment ta’ suq komuni.
Trattati sussegwenti jinkludu l-għanijiet li jistabbilixxu: Unjoni Ekonimika u Monetarja; Politika Komuni dwar is-Sigurtà u l-Politika Barranija; u żona ta’ Ġustizzja u Affarijiet Interni.
Il-futur
L-Abbozz tal-Kostituzzjoni propost mill-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa jinkludi firxa anke usa ta’ għanijiet.
L-Art. 3 dwar l-għanijiet ta’ l-Unjoni jinkludi, fost oħrajn:
- it-tkattir tal-paċi u l-benesseri taċ-ċittadini ta’ l-Ewropa;
- żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni;
- żvilupp sostenibbli bbażat fuq tkabbir ekonomiku bbilanċjat u ġustizzja soċjali;
- ekonomija tas-suq soċjali - kompetittiva ħafna u li għandha l-għan ta’ impjieg sħiħ u progress soċjali;
- suq ħieles wieħed.
L-Unjoni għandha tiġġieled ukoll kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminizzazzjoni, tippromwovi l-ġustizzja soċjali u l-protezzjoni, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.