Rappreżentant għoli huwa normalment xi ħadd maħtur sabiex jirrapreżenta organizzazzjoni barra. L-ex Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Spanjol u l-ex Segretarju Ġenerali tan-NATO, Javier Solana, huwa s-Segretarju Ġenerali għall- Kunsill u fl-istess ħin Rappreżentant Għoli għall-Politika Komuni dwar is-Sigurtà u l-Politika Barranija. Bħala Rappreżentant Għoli għandu jgħin lill-Kunsill fil-Politika Komuni dwar is-Sigurtà u l-Politika Barranija.
Solana spiss jivjaġġa mal-President fil-kariga jew mal-ministru ta’ l-affarijiet barranin tiegħu sabiex jinnegozja fuq kwistjonijiet bħalma huma l-paċi fil-Lvant Nofsani u f’postijiet oħra.
Il-futur
Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa pproponiet li titneħħa l-kariga ta’ Rappreżentant Għoli. Minflok l-UE jkollha ministru ta’ l-affarijiet barranin komuni. Din il-kariga għandha tiġi maħtura mill-prim ministri fil-Kunsill Ewropew b’maġġoranza kwalifikata, aċċettata mill-President tal-Kummissjoni u tkun soġġetta għal approvazzjoni mal-bqija tal-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew. Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin sejjer jaħdem bħala viċi-president tal-Kummissjoni ta’ l-UE bi status speċjali.
Links