Politika Komuni Barranija u ta’ Sigurtà, PKBS

L-UE bdiet bħala suq komuni mfassal sabiex jippermetti l-moviment liberu ta’ nies u ta’ oġġetti bejn il-pajjiżi Ewropej. Minn dak iż-żmien, il-pajjiżi nvoluti qablu li jkollhom aktar minn politika komuni waħda. Issa ġiet żviluppata Politika Komuni Barranija u ta’ Sigurtà permezz ta’ ’l hekk imsejħa "Kolonna II” tat-Trattati ta’ l-UE. Il-prinċipji ta’ dan huma stabbiliti fit-Titolu V tat-Trattat ta’ l-UE.
Fi ħdan il-PKSB l-aktar deċiżjonijiet importanti jiġu deċiżi permezz ta’ votazzjoni b’unanimità. Hemm bżonn ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata sabiex id-deċiżjonijiet jiġu implimentati.

Noti

Il-futur

Fl-abbozz tal-Kostituzzjoni, l-unanimità għadha r-regola ġenerali għajr fejn il-Kunsill Ewropew ikun stabbilixxa linji ta’ gwida strateġiċi, meta l-proposta tiġi mressqa quddiem il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin fuq talba mill-Kunsill ta’ l-Ewropa (li jiddeċiedi b’unanimità), meta jimplimenta deċiżjoni jew meta jaħtar rappreżentant speċjali.

Fil-preżent, l-UE hija rrapreżentata barra l-UE mill-presidenza tal-Kunsill u mir-Rappreżentant Għoli.
Il-Konvenzjoni trid Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-UE b’żewġ karigi, maħtur mill- Kunsill ta’ l-Ewropa, aċċettat mill-President tal-Kummissjoni ta’ l-UE u approvat flimkien mal-bqija tal-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew bħala viċi-president fil-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Barranin. Din il-proposta ġiet ippreżentata minn Franza u l-Ġermanja. Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Joschka Fischer, huwa kandidat għal dan ix-xogħol.

Il-126 delegazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-UE f’pajjiżi oħra jistgħu jitkabbru u jiġu ttrasformati f’ambaxxati ta’ l-UE.
Għar-regoli dwar il-politika barranija komuni, ara l-abbozz tal-Kostituzzjoni ta’ l-UE Art. I-39.

Links

http://www.eurunion.org/legislat/cfspweb.htm
http://www.europa.eu.int/pol/cfsp/index_en.htm