Konferenza intergovernattiva, KIG (ICG)

Meeting room at the Laeken Summit (Photo: EU Commission)

Il-KIG (Intergovernmental Conference, ICG) hija korp ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fl-UE. Kwalunkwe deċiżjonijiet meħuda għandhom isiru b’mod unanimu mill-Istati Membri kollha.

It-trattati ta’ l-UE jistgħu jiġu emendati biss wara KIG li fiha kull Stat Membru jkun rappreżentat.

Ir-riżultat ta’ KIG isir trattat, li jintbagħat lill-Istati Membri għar-ratifika. Qabel ma trattat ikun jista’ jidħol fis-seħħ dan jiġi ratifikat f’konformità mad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta’ kull stat.

Il-futur

Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa tissuġġerixxi li l-Kunsill Ewropew, li jiddeċiedi b’maġġoranza sempliċi, jista’ jlaqqa’ Konvenzjoni magħmula minn rappreżentanti tal-Parlament ta’ l-UE, tal-parlamenti nazzjonali, il-gvernijiet nazzjonali u l-Kummissjoni ta’ l-UE. Din il-Konvenzjoni mbagħad tadotta emendi għall-kostituzzjoni futura bi qbil komuni. Dawn l-emendi jkollhom bżonn jiġu ratifikati mill-Istati Membri kollha.

Fl-Abbozz tal-Kostituzzjoni, Art. I-24(4), il-Prim Ministri huma permessi jibdlu l-artikoli kollha dwar l-unanimità għal maġġoranza kwalifikata mingħajr ratifika.