Ratifika

The EU ratifies Kyoto (Photo: Spanish Presidency)

Ratifika hija l-konferma ta’ test li diġà sar qbil fuqu.

It-trattati għandhom jiġu ratifikati mill-Istati Membri bi qbil mal-kontenut tal-kostituzzjonijiet rispettivi tagħhom.

Anke jekk trattat ikun ġie ffirmat f’isem stat jew numru ta’ stati, dan ma jkunx jorbot legalment sakemm l-istati kollha li jkunu ffirmaw jiddikjaraw b’mod formali li huma rratifikawh.

It-trattati jiġu rratifikati jew b’vot ta’ maġġoranza tal-Parlament nazzjonali jew b’referendum. Barra minn hekk, sabiex trattat ikun jorbot il-perjodu speċifikat fi ħdan it-trattat għad-dħul fis-seħħ tiegħu għandu jkun skada.

Il-futur

Bosta membri tal-Konvenzjoni ta’ l-UE dwar il-Futur ta’ l-Ewropa pproponew li l-adozzjoni ta’ Kostituzzjoni ta’ l-UE għandha tiġi segwita b’referenda f’kull Stat Membru qabel ma tkun tista’ tiġi rratifikata. Iżda xi Stati Membri, bħall-Ingilterra, ma rrikonoxxux dan il-parir.

Links

Ara wkoll Referendum u Strumenti ta' ratifika.