NATO

NATO flag (Photo: NATO)

L-Organizzazzjoni tat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana (North Atlantic Treaty Organisation), li hija l-akbar organizzazzjoni ta’ difiża tal-Punent, għandha l-Kwartieri Ġenerali tagħha fi Brussel. Għandha 19-il Stat Membru, li jinkludu l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Kanada u bosta nazzjonijiet Ewropej.

Noti

It-Trattat li stabbilixxa n-North Atlantic Treaty Organisation fl-1949 fih 14-il artikolu bl-impenn ta’ difiża u sigurtà kollettiva komuni fl-Artikolu 5.

Il-futur:

Fis-Laqgha Gholja ta’ Praga fl-2002, seba’ pajjiżi – il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Rumanija, l-Islovakkja u l-Islovenja – ġew mistiedna jibdew taħdidiet ta’ adeżjoni sabiex jidħlu fin-NATO. L-isħubija tagħhom hija mistennija f’Mejju 2004.

L-UE, skond proposta mill-working group tad-difiża fil-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa, dalwaqt tkun tista’ tmexxi l-kolonna Ewropea tan-NATO, l-Eurogroup.

L-WEU (Western European Union)għandha klawsola awtomatika ta’ difiża komuni, fl-Art. 5 ukoll. Il-Konvenzjoni tipproponi li tinkludi “klawsola ta’ għajnuna” bħal din fil-Kostituzzjoni l-ġdida, jekk ikun possibbli, sabiex tippermetti lill-Istati kollha ta’ l-UE jaderixxu għaliha matul iż-żmien.

Links

Ara wkoll Difiza.
http://www.nato.int/