Difiza
- (Photo: Notat)
Sa minn meta t-Trattat ta’ Maastricht daħal fis-seħħ fl-1993, l-UE setgħet tistabbilixxi Politika Komuni ta’ Sigurtà u Difiża (CSDP) bħala parti mill-Politika Komuni dwar is-Sigurtà u l-Politika Barranija (PKSB). Finalment ġie deċiż li tiġi stabbilita CSDP fis-Summit ta’ Cologne fl-1999.
Id-deċiżjonijiet f’dan il-qasam tal-CSDP jeħtieġu l-unanimità fost l-Istati Membri.
L’hekk imsejħa l-Ħidmiet ta’ Petersberg, lista ta’ ħidmiet ta’ sigurtà, difiża u ta’ żamma ta’ paċi, ittieħdu mill-Unjoni tal-Punent Ewropew (UEP) u ġew imdaħħla fit-TEU taħt it-Trattat ta’ Amsterdam. B’hekk l-UEP tilfet l-importanza tagħha.
Il-Forza ta’ Reazzjoni Rapida ta’ l-UE
Il-Petersberg-Tasks sejrin jiġu adottati mill-Forza ta’ Reazzjoni Rapida ta’ l-UE - madwar 60,000 persuna li kapaċi jinvolvu ruħhom fi ġlied għal sena għal raġunijiet ta’ “żamma ta’ paċi”.
Għal dawn is-suldati, hemm bżonn ta’ truppi ta’ riserva ta’ madwar 200,000.
Il-Forza ta’ Reazzjoni Rapida mhiex armata permanenti ta’ l-UE. L-Istati ta’ l-UE taw garanzija li jipprovdu l-forzi meħtieġa f’ċerti ċirkostanzi.
F’dan tista’ titqabbel ma’ l-impenn ta’ difiża komuni tal-membri tan-NATO.
Skond it-Trattat ta’ l-UE, ma hemmx bżonn ta’ approvazzjoni (mandat) tal-Gnus Maghquda għat-tħaddim ta’ din il-forza (ara wkoll il-l-Ħidmiet ta’ Petersberg).
Noti
- L-Isvezja u l-Irlanda qalu li huma jipparteċipaw biss f’dawk l'azzjonijiet militari ta’ l-UE li għandhom il-mandat tal-Gnus Maghquda.
- L-ewwel operazzjoni militari bdiet f’Marzu 2003 (f’FYROM, eks Maċedonja) b’baġit totali ta’ madwar 4.7 miljun Euro. Il-fondi għal din l-operazzjoni ġew mogħtija mill-baġit normali ta’ l-UE.
- L-ewwel missjoni taħt il-Politika komuni dwar is-sigurtà u l-politika barranija ta’ l-UE kienet missjoni tal-pulizija fil-Bosnja, li bdiet f’Jannar 2003.
- Id-Difiża ta’ l-UE hija mmexxija minn Kumitat Militari ta’ l-UE, l-Istaff Militari ta’ l-UE, u l-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà.
Il-futur
L-Abbozz tal-Kostituzzjoni ta’ l-UE għandu kapitolu speċjali dwar id-difiża, Art. I-40.
Dan jipproponi li jistabbilixxi difiża komuni fl-UE skond regoli speċjali ta’ kooperazzjoni mtejba – b’mod speċjali l-Finlandja argumentat favur l-użu tar-regoli normali għal kooperazzjoni mtejba minflok u li jkun provdut għal astensjoni kostruttiva għal dawk li ma jixtiequx jieħdu sehem f’attivitajiet komuni militari, iżda li lesti li jħallu lill-bqija jagħmlu dan.
L-Abbozz tal-Kostituzzjoni jipprovdi wkoll għal klawsola li tikkommetti lil dawk l-Istati li jaqblu sabiex ikunu marbutin b’obbligu ta’ difiża komuni li jista’ jitqabbel ma’ l- Artikolu 5 tat-Trattat tan-NATO u l-obbligu ta’ difiża komuni awtomatika fl-Artikolu 5 simili fit-Trattat tal-UEP. Dan l-obbligu, li xi kultant issir referenza għalih bħala l-"klawsola ta’ assistenza", joħloq problemi għal pajjiżi newtrali, kif ukoll għad-Danimarka bl-għażla speċjali tagħha li ma tieħux sehem f’attivitajiet b’obbligu militari (opt-out clause). Ġiet imdaħħla hekk imsejħa "klawsola ta’ solidarjetà" oħra fil-Kostituzzjoni li tikkommetti lill-Unjoni sabiex tgħin lil Stat Membru vittma ta’ attakk terroristiku.
Links
http://european-convention.eu.int/amendemTrait.asp?lang=EN