Is-simplifikazzjoni hija attentat sabiex metodi kkumplikati ta’ teħid ta’ deċiżjoni jsiru aktar faċli biex jinftehmu.
Il-futur
Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa kellha working group dwar is-simplifikazzjoni ppresedut mill-eks Prim Ministru Taljan, Giuliano Amato.
Il-grupp irid li t-32 metodu differenti ta’ kif jittiehdu d-Deċiżjonijiet ta’ l-UE jigu mnaqqsa b’mod radikali.
L-Abbozz tal-Kostituzzjoni segwa b’mod parzjali din il-proposta billi naqqas l-atti legali li jorbtu mal-liġijiet ta’ l-UE, liġijiet strutturali (framework laws) u deċiżjonijiet ta’ l-UE.
Atti li ma jorbtux huma msejħin rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet.