Opinjoni
- EU Parliament in Brussels (Photo: EP)
Jew ‘avis’ bil-Franċiż; mhuwiex att li jorbot legalment. Eżempju, jista’ jkun dikjarazzjoni mill-Parlament ta’ l-UE fil-proċedura ta’ konsultazzjoni, dokument intern f’kumitat, dikjarazzjoni mill-Kumitat tar-Reġjuni jew il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. Jista’ jkun ukoll, per eżempju, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-UE dwar il-kundizzjonijiet għat-tkabbir ta’ l-UE meħtieġa sabiex jagħtu bidu għan-negozjati formali jew dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti ta’ l-Awdituri jew tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Noti
F’kuntrast għar-rakomandazzjonijiet, l-‘avis’ jew opinjoni normalment tirreferi għal inizjattiva attwali ta’ l-UE li tkun qegħda tiġi kkunsidrata jew maħsuba.
Il-futur
Il-working group tal-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa li jinsab inkarigat mis-simplifikazzjoni jipproponi li jżomm l-‘avis’ jew opinjoni bħala wieħed mill-istrumenti ta’ teħid ta’ deċiżjoni ta’ l-UE.