Kompetenza
Il-kompetenza ta’ l-UE hija maqsuma fi:
- kompetenza esklussiva ta’ l-UE – fejn l-Istati Membri ma għandhom l-ebda dritt li jilleġislaw weħidhom
- kompetenza maqsuma – fejn l-Istati Membri jistgħu jilleġislaw sakemm l-Unjoni ma tkunx illeġislat. Meta l-Unjoni tilleġisla, il-liġi ta’ l-UE tegħleb il-liġi nazzjonali
- oqsma fejn l-Istati Membri biss jistgħu jilleġislaw – u li fihom l-UE tista’ tagħmel inċentivi jew tieħu miżuri ta’ appoġġ.
Fl-oqsma kollha li fihom l-UE ma għandha l-ebda kompetenza definita b’mod ċar, il-kompetenza għandha tibqa’ għand l-Istati membri skond il-prinċipju ta’ setgħat ikkonferiti.
Il-futur
Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa pproponiet diviżjoni tal-kompetenzi fl-Abbozz tal-Kostituzzjoni.
Links
Ara Kategoriji ta' Kompetenza.