F’Ġunju 1965, il-President Franċiż Charles de Gaulle beda bojkott tal-laqgħat kollha tal-Kunsill – il-"kriżi tas-siġġijiet vojta".
Taħt it-Trattat ta’ Ruma, 1957, kwistjonijiet ta’ l-agrikoltura u l-baġit kellhom jiġu stabbiliti permezz ta’ teħid ta’ deċiżjoni b’maġġoranza wara perjodu ta’ transizzjoni li matulu dawn kellhom jiġu deċiżi b’mod unanimu. Fl-aħħar tal-perjodu ta’ transizzjoni, De Gaulle irrifjuta li jaċċetta t-tneħħija għal kollox tal-votazzjoni b’mod unanimu, u b’hekk ta bidu għal bojkott Franċiż.
Sa Jannar 1966 intlaħaq kompromess li ppermetta lill-Istati Membri sabiex ikollhom il-veto fuq deċiżjonijiet li huma kienu jqisu ta’ “interess nazzjonali vitali”.
Il-“kompromess tal-Lussemburgu” ma għandu l-ebda status legali, iżda kien ftehim politiku espress f’“communiqué” li jirreferi għan-nuqqas ta’ ftehim bejn Franza u l-ħames Stati Membri fundaturi tal-KEE.
Minkejja dan, il-kompromess ġie mobdi sa Diċembru 1985 meta l-presidenti u l-prim ministri ta’ l-Istati Membri qablu li jinsewh u li jippermettu lil xulxin li jiċħdu li kienu ftehmu li jinsewh.
Noti
Id-dritt għal veto politiku, li ssir referenza għalih bħala l-kompromess tal-Lussemburgu, ma għandux jiġi mħawwad mad-dritt tal-veto li kull Stat Membru ta’ l-UE għandu fit-trattati li għandhom x’jaqsmu ma’ l-oqsma tal-politika fejn l-unanimità għadha r-regola.
Ġie mdaħħal tip simili ta’ dritt għal veto fit-TUE (Trattat ta' l-UE) bit-Trattat ta’ Amsterdam dwar il-Politika Komuni ta' Sigurtà u Politika Barranija: l-Istati Membri jistgħu jfixklu l-abilità tal-Kunsill sabiex jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata billi jissottomettu l-kwistjoni lill-Kunsill Ewropew li mbagħad għandu jiddeċiedi b’mod unanimu.
Il-futur
Il-Konvenzjoni sejra definittivament tneħħi l-kompromess tal-Lussemburgu permezz ta’ l-Art. I-22 and I-33.
L-eks assistent ta’ Jean Monnet, Georges Berthoin, ippropona li jistabbilixxi mill-ġdid id-dritt għal veto fi kwistjonijiet vitali billi jitlob li l-prim ministru għandu jekk jista’ jkun, ikun obbligat li jiddefendi veto f’summit ta’ l-UE.
Din il-proposta nħarġet pubblikament mill-grupp tad-Democracy-Forum fil-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa, bit-talba addizzjonali li l-veto għandu jiġi deċiż ukoll mill-parlament nazzjonali rispettiv f’dibatittu pubbliku.
Links