Unanimità

Unanimità tfisser li l-parteċipanti kollha jaqblu - jigifieri jezisti l-veto ghal min ma jaqbilx. 

Dan huwa l-metodu ta’ teħid ta’ deċiżjoni wżat għal bosta kwistjonijiet sensittivi fit-trattati ta’ l-UE.

Il-futur

L-Abbozz tal-Kostituzzjoni jagħmel votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata ir-regola ġenerali għal tfassil ta’ liġi ta’ l-UE.

Għal emendi fit-Trattat, li sa issa jinsabu soġġetti għal deċiżjoni unanima tal-Konferenza Intergovernattiva, Giscard d´Estaing u l-Kummissjoni ta’ l-UE pproponew maġġoranza super-kwalifikata – din telimina għal kollox id-dritt għal veto. Iżda, din ma ġietx aċċettata mill-Konvenzjoni u ma ġietx introdotta fl-Abbozz tal-Kostituzzjoni.
Minflok il-Konvenzjoni ddeċidiet li l-Prim Ministri jistgħu jghaddu minn unanimità għal maġġoranza kwalifikata mingħajr ratifika ġdida.

Ara l-Art. I-24(4).

Links

Ara Votazzjoni fil-Kunsill u Tibdil fit-Trattati.