Unjoni tal-Punent Ewropew (UPE)

A meeting of the WEU in Marseille (Photo: French Presidency Web-site)

Ftehim ta’ difiża li jmur lura għall-1948, oriġinarjament iffirmat mir-Renju Unit, Franza u l-pajjiżi tal-Benelux (Bl-Ingliz Western European Union).

Taħt it-Trattat ta’ Maastricht, l-UPE kienet meqjusa bħala l-komponent ta’ difiża ta’ l-UE.

Wara l-introduzzjoni tal-Ħidmiet ta’ Petersberg dwar l-UPE fit-Trattat ta’ Amsterdam, kif ukoll l-iżvilupp kontinwu tal-Politika Komuni ta' Sigurtà u Difiża, l-UPE mhux ser tibqa’ f'dan ir-rwol.

Fit-Trattat ta’ Brussel, l-Artikolu 5 jittratta dwar l-UPE u dan jirreferi għal obbligu awtomatiku ta’ difiża komuni.

Il-futur

Il-klawsola ta’ difiża komuni hija nkluża fl-Abbozz tal-Kostituzzjoni għal dawk il-membri li jkunu qegħdin jieħdu sehem f’kooperazzjoni msahha fi ħdan iż-żona ta’ difiża skond regoli speċjali.

Links

Ara wkoll Politika Komuni ta' Sigurtà u Difiża, NATO, Newtralità, Klawsola ta' solidarjetà, Trattat ta' Brussel.

http://www.assembly-weu.org/fr/include/erreur.html