Newtralità

Trinity College in Dublin (Photo: EU Commission)

Fost il 15-il Stat Membru, l-Irlanda, l-Isvezja, il-Finlandja u l-Awstrija huma newtrali. Huma mhumiex membri ta’ xi alleanza militari u mhumiex marbutin b’impenn ta’ difiża komuni.

Fost il-pajjiżi applikanti Malta u Ċipru ddikjaraw li huma sejrin jibqgħu newtrali u mhux allinjati. Fil-Laqgha Gholja ta’ l-UE ta’ Diċembru 2002 f’Copenhagen, huma żammew l-istatus speċjali tagħhom f’dan il-qasam.

It-Trattat ta’ Maastricht ipoġġi quddiemna problema għall-istati newtrali minħabba li jħejji l-pedamenti għal azzjoni kollettiva ta’ l-UE fil-qasam ta’ Politika Komuni dwar is-Sigurtà u l-Politika Barranija (PKSB).

Taħt it-trattati, il-Membri newtrali ser jitħallew jieħdu sehem f’operazzjonijiet militari ta’ l-UE jekk jixtiequ, iżda mhumiex legalment obbligati li jagħmlu dan.

Mhumiex sejrin jirċievu jew jaqsmu sigrieti tan-NATO, bħalma jagħmlu l-membri ta’ l-UE li jieħdu sehem.

Il-futur

L-Abbozz tal-Kostituzzjoni (Art. I-15.2) jobbliga lill-Istati Membri kollha sabiex jappoġġjaw il-PKSB.

Links

Ara wkoll Difiza.