Petersberg, Il-Ħidmiet ta’

WEU meeting in Marseille. The WEU originally set out the "Petersberg-Tasks." (Photo: French Presidency Web-site)

Lista ta’ ħidmiet ta’ sigurtà, difiża u paċi, oriġinarjament stabbilita mill-Unjoni tal-Punent Ewropew (WEU) f’Ġunju 1992.

Issa, il-ħidmiet ġew introdotti fit-TUE taħt it-Trattat ta’ Amsterdam bħala kompetenza ġdida ta’ l-UE, li ppermettew lill-UE taġixxi.

Dawn il-ħidmiet ma jeħtieġux mandat espliċitu tan-Gnus Maghquda.

Noti

Huma msejħin il-ħidmiet ta’ “Petersberg” wara Petersberg Mountain Hotel, li tinsab 'il barra minn Bonn fil-Ġermanja, fejn seħħet il-laqgħa tal-Kunsill ta’ l-1992.

Il-ħidmiet jinkludu ħidmiet umanitarji u ta’ salvataġġ, ħidmiet ta’ żamma ta’ paċi u ħidmiet ta’ forzi tal-kumbattiment f’amministrazzjoni ta’ kriżi, li tinkludi l-egħmil ta’ paċi.

Żamma ta’ paċi timplika li jeżisti paċi bejn tnejn li qabel kienu involuti jew li jistgħu jkunu nvoluti fi ġlieda. Imbagħad l-UE tkun tista’ tieħu passi sabiex iżomm il-paċi, eżempju billi tikkontribwixxi suldati għal ħidma ta’ żamma ta’ paċi ta’ l-UE.

It-termini ta’ amministrazzjoni ta’ kriżi u żamma ta’ paċi mhumiex definiti b’mod preċiż, iżda jistgħu jinvolvu ħidmiet militari.

Il-futur

Fil-futur, il-ħidmiet ta’ Petersberg ser ikunu mwettqa mill-Forza ta’ Reazzjoni Rapida ta’ l-UE.

Din il-forza sejra tkun immexxija mill-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà ta’ l-UE, korp ġdid maħluq bit-Trattat ta’ Nizza.

Irid ikun hemm l-unanimità fil-Kunsill sabiex l-UE tkun tista’ tibda twettaq waħda mill-ħidmiet ta’ Petersberg.

Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa trid li tiġi segwita l-proċedura ta’ astensjoni kostruttiva sabiex tegħleb id-diffikultà biex tinkiseb l-unanimità.

Links

Ara wkoll Difiza.
http://www.nato.int/docu/handbook/2001/hb150401.htm