Il-Kostituzzjoni hija l-ktieb tar-regola bażika għal stat li jillimita s-setgħat ta' l-awtoritajiet kollha, inklużi l-leġislaturi, u jagħti drittijiet fundamentali komuni liċ-ċittadini.
Il-Qorti ta' l-UE fil-Lussemburgu żviluppat sistema ta' liġi ta' l-UE fejn il-liġi ta' l-UE tegħleb (tipprevala fuq) il-kostituzzjonijiet nazzjonali.
Il-Qorti tara s-sistema legali ta' l-UE bħala sistema kostituzzjonali supra-nazzjonali.
Il-futur
Il-Konvenzjoni tipproponi "Trattat kostituzzjonali" intiz sabiex jistabbilixxi "kostituzzjoni għall-Ewropa".
Il-kelma kostituzzjoni hija wżata 27 darba fl-ewwel 17-il artikolu fl-Abbozz tal-Kostituzzjoni.
Illum, pajjiż jista' biss joħroġ mill-UE wara deċiżjoni unanima (jew bi ksur tal-liġi ta' l-UE). L-Abbozz tal-Kostituzzjoni għandu klawsola li tippermetti lill-Istati Membri sabiex joħorġu wara li jinnegozjaw ftehim ma' l-UE jew minn rajhom wara sentejn.