Preminenza

(Photo: EU Commission)

Preminenza tfisser dak li jiġi l-ewwel.

Il-liġi ta’ l-UE għandha l-preminenza, u għalhekk tegħleb lil-liġi nazzjonali.

Dan il-prinċipju ġie stabbilit fl-1964 mill-Qorti ta’ l-UE* fil-każ Costa-Enel.

Fl-1970, il-Qorti ddeċidiet li l-liġi ta’ l-UE tegħleb ukoll lill-kostituzzjonijiet nazzjonali (il-każ ta’ Internationale Handelsgesellschaft).

Il-preminenza ssir referenza għaliha wkoll bħala l-prinċipju ta’ superjorità jew supremazija tal-liġi ta’ l-UE u hija analoga għas-superjorità tal-liġi federali fuq il-liġi provinċjali jew ta’ l-istat lokali bħal fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Kanada, l-Indja, il-Ġermanja, jew ir-Russja.

Il-futur

L-Abbozz tal-Kostituzzjoni jipproponi l-prinċipju li għandu jiddaħħal b’mod espliċitu fil-Kostituzzjoni bħala l-Artikolu I-10.

Ir-rappreżentant tal-gvern Ingliż ikkritika din il-formulazzjoni bl-argument li s-setgħat kollha ġejjin mill-Istati Membri u mhux mill-kostituzzjoni l-ġdida.

Hawn jista’ jinħoloq konflitt kbir minħabba li l-ebda Stat Membru – għajr l-Irlanda – ma aċċetta b’mod espliċitu l-preminenza tal-liġi ta’ l-UE fuq il-kostituzzjoni nazzjonali tiegħu stess.

Il-Kostituzzjoni Irlandiża fiha l-prinċipju ta’ preminenza tal-liġi ta’ l-UE fl-Art. 29.4.10 tagħha.

Franza, il-Ġermanja, il-Finlandja u l-Portugall isemmu l-UE fil-kostituzzjonijiet tagħhom, iżda ma jaċċettawx il-preminenza tal-liġi ta’ l-UE fuq il-kostituzzjonijiet tagħhom.