Metafora li tintuża spiss sabiex tiddeskrivi l-UE bħala struttura li sserraħ fuq tlett kolonni.
L-ewwel hekk imsejħa "kolonna tal-komunità" tippermetti deċiżjonijiet supra-nazzjonali taħt il-kontroll tal-Qorti ta’ l-UE fil-Lussemburgu.
It-tieni kolonna għandha x’taqsam maż-żona intergovernattiva tal-politika komuni dwar is-sigurtà u l-politika barranija PKSB.
It-tielet kolonna tirreferi għaż-żona intergovernattiva tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.
Kwistjonijiet fi ħdan dawn it-tnejn ta’ l-aħħar, bil-mod il-mod, qegħdin jiġu xxiftjati mil-livell nazzjonali għal dak supra-nazzjonali fejn jiġu rregolati mil-liġi ta’ l-UE.
Il-futur
Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa sejra tipproponi l-abolizzjoni ta’ din l-istruttura ta’ tlett kolonni ta’ l-UE. Sejra ġġib flimkien it-tlett kolonni u tipprovdi lill-Unjoni Ewropea b’personalità legali waħda.
Imbagħad l-UE issir parteċipant internazzjonali sħiħ bis-saħħa tad-dritt tagħha, bħalma huma stati sovrani indipendenti oħra.