Komunitajiet Ewropej

The Treaty of Maastricht (Photo: European Commission)

Hemm tlett komunitajiet, li flimkien jiffurmaw il-komunitajiet Ewropej supra-nazzjonali. Dawn huma:

L-istituzzjonijiet tat-tlett komunitajiet ġew magħġuna flimkien permezz ta’ Trattat ta’ inkorporazzjoni fl-1967, għalkemm il-komunitajiet infushom baqgħu legalment distinti.
Bis-sostituzzjoni tat-terminu Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), l-isem Komunità Ewropea ingħata bażi legali fit-Trattat ta’ Maastricht 1992, li stabbilixxa wkoll l-Unjoni Ewropea billi għaqqad l-oqsma supra-nazzjonali tal-komunitajiet ma’ oqsma inter-governattivi tal-Politika Barranija u tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

Noti
Il-Komunità Ewropea hija issa magħrufa b’mod komuni bħala l-UE, għal Unjoni Ewropea, għalkemm legalment, il-Komunità Ewropea għadha teżisti.

Il-futur

L-Abbozz tal-Kostituzzjoni jipproponi li jgħaqqad lill-Komunità u lill-Unjoni Ewropea f’organizzazzjoni politika waħda – l-Unjoni- li tkopri l-oqsma kollha ta’ kooperazzjoni u li tagħti lill-UE personalità legali sħiħa.