Ġustizzja u Affarijiet Interni, ĠAI

European Commission, DG Justice and Home Affairs (Photo: Daniela Spinant)

L-għan tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u ta’ l-Affarijiet Interni huwa li tinħoloq “Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja".
Il-ĠAI hija waħda mill-kolonni ta’ l-Unjoni Ewropea. Oriġinarjament kienet ibbażata fuq kooperazzjoni intergovernattiva bejn l-Istati Membri, iżda saret soġġetta parzjalment għal teħid ta’ deċiżjoni supra-nazzjonali (riżultat tat-Trattat ta’ Amsterdam).

Kooperazzjoni intergovernattiva bejn il-pulizija u l-ġudikatura fi kwistjonjiet kriminali issa taqa' taht it-Titolu VI tat-TUE. Tinkludi l-kooperazzjoni kontra r-razzismu, t-terroriżmu, d-drogi, l-armi u l-frodi.

Il-Pulizija:

It-TUE iħeġġeġ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-forzi tal-pulizija u awtoritajiet oħra, inkluż l-użu ta’ l-unità komuni tal-pulizija, l-Europol f’The Hague.

Il-kooperazzjoni tal-pulizija tinkludi kooperazzjoni f’missjonijiet, azzjonijiet komuni u investigazzjoni koordinata.

Ġudikatura:

Kooperazzjoni mill-qrib bejn il-korpi ta’ l-imħallfin tuża unità komuni ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja, l-Eurojust.

Kooperazzjoni ġudizzjarja tinkludi l-koordinazzjoni bejn awtoritajiet tal-prosekuzzjoni, investigazzjonijiet f’delitti li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed u l-implimentazzjoni ta’ talbiet għal estradizzjoni.

Il-Kunsill jieħu ħafna mid-deċiżjonijiet b’votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata, iżda jeħtieġ l-unanimità fi kwistjonijiet sensittivi.

It-Titolu IV tat-Trattat tal-Komunità (TKE) jieħu ħsieb il-visas, l-asilju, l-immigrazzjoni u policies oħra li għandhom x’jaqsmu mal-moviment liberu ta’ persuni.

Jipprovdi għal kooperazzjoni supra-nazzjonali dwar il-kontroll tal-fruntiera, ir-refuġjati u l-immigrazzjoni.

Sejra tibqa’ tintuża l-unanimità f’ħafna mill-kwistjonijiet sensittivi sa l-1 ta’ Mejju 2004, wara din id-data sejjer ikun hemm aktar deċiżjonijiet li jittieħdu b’maġġoranza kwalifikata.
Id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom derogi.

Il-futur

Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa tipproponi li l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni jsiru kompetenza maqsuma, b’votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill u b'ko-deċiżjoni mal-Parlament ta’ l-UE, għajr għal kooperazzjoni fis-sistema ġudizzjarja u fil-pulizija.

B’dan il-mod, il-kooperazzjoni intergovernattiva ssir anke aktar supra-nazzjonali, bid-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni u bil-Qorti ta’ l-UE tiġġudika. F’ċerti oqsma tal-Ġustizzja u ta’ l-Affarijiet Interni, l-Istati Membri jistgħu jressqu proposti għal-liġijiet.  Ara l-Art. I-41.

Links

http://www.europa.eu.int/pol/justice/index_en.htm
http://www.ecdel.org.au/eu_guide/justiceandhomeaffairs.htm