ECOFIN

(Photo: EUobserver.com)

Taqsira popolari għall-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Ekonomija u ta’ l-Affarijiet Finanzjarji li tkopri wkoll l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Xi kultant qabel il-laqgħat uffiċjali tat-12-il pajjiż li adottaw l-Euro (il-pajjiżi taż-Żona ta’ l-Ewro, xi kultant huma magħrufin b’mod popolari bħala Euroland) ikun hemm laqgħat informali bejn il-ministri ta’ dawn il-pajjiżi. Dawn il-laqgħat jissejħu wkoll laqgħat tal-Euro-X miż-żmien meta ma kienx magħruf kemm pajjiżi kienu sejrin jadottaw il-munita Euro.

Il-futur

Il-Konvenzjoni tipproponi rwol formali għall-ministri ta’ l-ECOFIN minn dawk il-pajjiżi li adottaw il-Euro. Sejrin jistabbilixxu Euro-club informali ma’ president elett għal sentejn u nofs skond protokoll speċjali dwar l-Euro-Group.

F’UE ta’ 25 pajjiż, inqas minn nofshom ser ikunu membri ta’ l-Euroland, għalkemm il-pajjiżi applikanti kollha huma obbligati fit-trattati ta’ shubija tagħhom li eventwalment jidħlu fiha.

Links

http://www.europa-web.de/europ......a/03euinf/10counc/econfina.htm