Federazzjoni

The European Court of Justice in Luxembourg (Photo: Ssolbergj)

Federazzjoni hija stat fejn is-setgħa hija maqsuma bejn il-livell federali u l-livell provinċjali jew reġjonali u fejn il-provinċji, stati jew Länder (bħal fil-Ġermanja) ma jkollhomx indipendenza assoluta.
L-UE hija ibrida ta’ federazzjoni u Konfederazzjoni.

L-Istati Membri kostitwenti tagħha għaddew il-kontroll fuq oqsma kbar tal-ħajja ekonomika, soċjali u politika lill-istituzzjonijiet supra-nazzjonali ta’ l-UE. Iżda jibqgħu ugwali wieħed għall-ieħor fl-oqsma fejn huma jżommu s-setgħa esklussiva li jiddeċiedu l-politika.

Noti

L-UE kellha karatteristiċi ta’ stat federali mill-1964, kif muri bil-preminenza tal-liġi ta’ l-UE fuq il-liġi nazzjonali fi kwalunkwe każ ta’ kunflitt kif mistqarr mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-kelma "federali" ġiet imħassra mill-abbozz tat-Trattat ta’ Maastricht fl-1991 minħabba li kienet politikament sensittiva wisq.

Fl-Abbozz tal-Kostituzzjoni ta’ Giscard d`Estaing, intqal li l-Unjoni kienet "tamministra ċerta kompetenza fuq bażi federali". Din l-espressjoni issa ġiet mibdula għal "metodu tal-komunità".

L-oqsma ta’ politika supra-nazzjonali ġew kontinwament estiżi f’kull trattat ġdid ta’ l-UE.