Acquis communautaire

(Photo: European Commission)

Il-ġabra sħiħa tal-leġislazzjoni ta’ l-UE li għandha tiġi aċċettata mill-Istati Membri l-ġodda kollha. Fiha madwar 97,000 paġna fil-Ġurnal Uffiċjali.

Huwa diffiċli biex wieħed jagħti definizzjoni ta’ l-acquis sħiħ. Fis-Celex wieħed isib madwar 15,000 att legali differenti. L-acquis jinkludi t-trattati kollha, il-leġislazzjoni kollha valida llum, il-verdetti kollha tal-Qorti, it-tipi kollha ta’ deċiżjonijiet mit-tieni (Politika Barranija u tas-Sigurtà) u mit-tielet kolonna (Ġustizzja u Affarijiet Interni), kif ukoll is-soft law.

Il-kunċett ta’ l-acquis communautaire jinkludi wkoll il-preminenza tal-liġi ta’ l-UE u prinċipji oħra żviluppati mill-Qorti, parti minnu permezz ta’ l-attiviżmu legali. L-Istati Membri huma marbutin ukoll li jaċċettaw deċiżjonijiet u verdetti futuri tal-maġġoranza mill-Qorti ta’ l-UE.
Dan huwa ta’ importanza kbira fir-rigward tat-tkabbir fejn pajjiżi li jkunu sejrin jissieħbu għandhom jaċċettaw l-acquis sħiħ.

Issa, dan il-prinċipju huwa nkluż fl-abbozz tal-kostituzzjoni fil-propost Art. 10.

Il-kunċett ta’ l-acquis huwa kruċjali fil-ftehim ta’ l-UE u tat-tkabbir dejjem għaddej u l-proċessi kostituzzjonali.

Il-prinċipju huwa issa nkluż fl-Abbozz tal-Kostituzzjoni fil-propost Artikolu 9.1.

Notamenti

Links

http://news.bbc.co.uk/1/hi/in_......rope/euro-glossary/1216329.stm