Impjegati tac-civil

L-istituzzjonijiet ta’ l-UE jimpjegaw aktar minn 30,000 impjegat taċ-ċivil, li jikko-operaw ma’ ħafna aktar impjegati taċ-ċivil mill-Istati Membri.

L-impjegati taċ-ċivil għandhom rwol b’saħħtu ħafna kemm fil-proċess tal-preparazzjoni nazzjonali u fl-UE. Effettivament, huma jiddeċiedu ħafna mil-liġijiet wara bibien magħluqa mingħajr il-preżenza ta’ membri eletti tal-parlamenti.

Illum, madwar 70% tal-leġislazzjoni kollha hija magħmula minn gruppi ta’ ħaddiema fil-Kunsill, 15% mill-ambaxxaturi f’COREPER, u 15% biss jiddependu fuq il-Kunsill tal-Ministri għalkollox.

Fil-Kummissjoni ta’ l-UE aktar minn 90% tad-deċiżjonijiet kollha huma meħudin mill-impjegati ċivili tal-kabinetti milli mill-Kummissjonarji.

Il-futur

Il-Konvenzjoni dwar il-futur ta’ l-Ewropa sejra tipproponi li n-negozjati formali kollha jsiru f’laqgħat pubbliċi tal-Kunsill.
Huwa maħsub li l-korpi diplomatiċi ta’ l-UE sejrin isaħħu r-rappreżentazzjoni ta’ l-UE barra. Il-126 delegazzjoni ta’ l-UE eżistenti jistgħu jsiru ambaxxati, kif propost mill-working group tal-Konvenzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Barranin u d-Difiża.