Giscard d`Estaing, Valéry (1926 - )
- Valery Giscard d'Estaing (Photo: European Commission)
Il-President ta’ Franza mill-1974 sa 1981, issa l-President tal-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa ta’ l-UE.
Introduċa l-Kunsill Ewropew bħala istituzzjoni ta’ l-UE, ħadem mill-qrib mal-kanċillier soċjalist Ġermaniż Helmut Schmidt sabiex jippromwovi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u ntroduċa ż-Żona Legali Ewropea.
Kien il-president, għal tmien snin, tal-Moviment Ewropew Internazzjonali.
F’Diċembru 2001 ġie maħtur il-President tal-Konvenzjoni Ewropea u għalhekk huwa għandu f’idejh l-abbozzar tal-kostituzzjoni Ewropea.
Bħala Membru tal-Parlament Ewropew, Giscard d’Estaing kien il-Mexxej tal-grupp Liberali fil-Parlament ta’ l-UE mill-1989. Imbagħad ingħaqad mad-Demokratiċi Kristjani fl-EPP fl-1991.