Koordinazzjoni ekonomika

(Photo: EU Commission)

Għalkemm l-Istati Membri li adottaw il-Euro (iż-Żona ta’ l-Euro) jużaw l-istess munita, ħafna mill-politika ekonomika, b’mod partikolari l-politika tat-taxxa, infiq u baġit, kif ukoll il-politika tad-dħul u tal-pagi, ma tiġix deċiża flimkien, iżda mill-gvernijijet ta’ l-Istati Membri.

It-Trattat ta’ Maastricht jeħtieġ li l-gvernijiet taż-Żona ta’ l-Euro imexxu l-politika ekonomika ġenerali tagħhom b’mod li tkun imfassla biex tevita l-inflazzjoni fi ħdan iż-żona. Il-Gvernijiet li jamministraw żbilanċi fl-estimi (jiġifieri, jonfqu aktar milli jdaħħlu) jista’ jkollhom multi mposti fuqhom taħt il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir.

Kien hemm sejħiet mill-federalisti u oħrajn biex il-membri taż-Żona ta’ l-Euro jistabbilixxu unjoni fiskali (jiġifieri kontroll flimkien tat-taxxa u tal-infiq fiż-Żona ta’ l-Euro kollha) flimkien ma’ l-unjoni monetarja.

L-Istati sovrani kollha huma kemm unjoni fiskali kif ukoll unjoni monetarja li kapaċi jgħaqqdu l-aħjar taħlita ta’ politika ekonomika.

Noti

Il-futur

Il-working group Ekonomiku fil-Konvenzjoni, immexxi mill-eks President tal-Parlament ta’ l-UE Klaus Hänsch, ma setax jaqbel fuq politika ekonomika u ta’ tassazzjoni komuni.

Il-Konvenzjoni tipproponi taxxi minimi komuni fir-rigward tas-suq komuni, iżda mhux politika komuni ta’ taxxa ġenerali.

L-Abbozz tal-Kostituzzjoni għandu Artikolu speċjali (Art. I-14) dwar il-koordinazzjoni ekonomika. Ser ikun hemm regoli speċifiċi għall-pajjiżi taż-Żona ta’ l-Euro.