Ftehim Internazzjonali
- Latvia signing the Accession Treaty (Photo: European Commission)
L-UE tista’ tidħol fi ftehim internazzjonali dwar il-kummerċ u suġġetti oħra, jekk din titħalla tilleġisla fuq kwistjonijiet bħal dawn b’mod intern (fi ħdan l-UE). Ftehim esterni bħal dawn huma deċiżi skond l-istess regoli ta’ dawk tal-politika interna. Dan il-prinċipju huwa stabbilit fl-Art. 133(6).
Eżempju, jekk votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata tista’ tiddeċiedi l-politika nterna allura l-ftehim internazzjonali jista’ jiġi deċiż ukoll b’maġġoranza kwalifikata.
Il-futur
Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa qegħda tipproponi li tagħmel votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata l-metodu normali ta’ teħid ta’ deċiżjoni għal ftehim internazzjonali – inkluż għal parti mill-politika barranija.
Links