Referendum dwar it-Trattat Kostituzzjonali ġdid
Kemm il-federalisti Ewropej, kif ukoll il-Euroxettiċi sejħu għal referendum fil-pajjiżi membri kollha ta’ l-UE fuq il-kostituzzjoni proposta.
Giscard d`Estaing appoġġja wkoll l-użu tar-referenda.
Sa Marzu 2003, kien stmat li għallinqas il-Portugall, Spanja, l-Olanda, Franza, l-Irlanda, u d-Danimarka jkollhom referendum fuq l-Abbozz tal-Kostituzzjoni.
Grupp li qiegħed jagħmel kampanja, l-Initiative and Referendum Institute (IRI), qiegħed isejjaħ għal referendum fuq il-Kostituzzjoni li għandu jsir fil-pajjiżi kollha ta’ l-UE simultanjament ma’ l-elezzjonijiet ta’ l-UE f’Ġunju 2004.
Għal pajjiżi li l-kostituzzjoni nazzjonali tagħhom ma tippermettix għal referenda li jorbtu, il-kampanja ta’ l-IRI ssejjaħ sabiex isiru referenda konsultattivi.