Servizzi ta’ interess ġenerali

"Servizzi ta’ interess ġenerali" hija espressjoni fit-trattati sabiex tiddeskrivi t-telekomunikazzjonijiet u oqsma ohra ta' l-infrastruttura fl-Istati Membri, kif ukoll l-edukazzjoni, s-saħħa u aspetti mis-sigurtà soċjali. L-UE tirrikjedi li servizzi bħal dawn ikunu marbutin bir-regoli normali tal-kompetizzjoni, sejħiet għal offerti, eċċ.

Il-każ Kohll & Decker jobbliga lill-Istati Membri jorganizzaw is-servizzi pubbliċi mingħajr diskriminazzjoni.

Il-futur

Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa tipproponi li ddaħħal l-aċċess għal servizzi ta’ interess ġenerali fil-Kostituzzjoni permezz tad-dħul tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (Art. 36, Charter of Fundamental Rights). L-Unjoni għalhekk, bħala prinċipju fundamentali, għandha tirrikonoxxi l-aċċess għal dawn is-servizzi kif hemm provdut għalihom fil-liġijiet nazzjonali. Ħafna memberi tal-Konvenzjoni sejħu għal kliem anke aktar iebes fuq is-servizzi ta’ interess ġenerali.