Sovranità

Stat huwa sovran meta jkun jista’ jiddeċiedi l-kwistjonijiet tiegħu stess u jagħmel ftehim ma’ stati oħra.

Oriġinarjament stabbilita bħala kooperazzjoni bejn stati-nazzjon sovrani, l-UE dejjem iżjed illimitat is-setgħat (kompetenza) nazzjonali.

B’differenza minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, l-UE għandha setgħat leġislattivi li jorbtu direttament.

Fl-aħħar mill-aħħar, hija l-Qorti ta’ l-UE li tiddeċiedi liema parti tas-sovranità nazzjonali tista’ tiġi mnaqqsa. Għalhekk, l-Istati Membri mhumiex aktar sovrani għal kollox.

Uħud jargumentaw li pajjiż jista’ jikseb infuwenza vera fuq l-UE kollha billi jaqsam xi sovranità formali ma’ stati oħra.

Oħrajn jargumentaw kontra dan l-argument billi jgħidu li pajjiż jista’ jitlef l-influwenza vera u d-demokrazija jekk jaqsam is-sovranità f’oqsma li fihom jista’ jlaħħaq waħdu.

Il-futur

Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa pproponiet li Stat Membru jista’ jikseb mill-ġdid is-sovranità sħiħa billi joħroġ mill-UE wara avviż ta’ sentejn. F’każijiet bħal dawn l-Istati jistgħu, bħala eżempju, ikollhom ftehim ta’ partnerxipp minflok. Iżda l-pajjiż jista’ jigi fil-periklu li kull ma jagħmel ikun li jikkopja bosta mid-deċiżjonijiet tal-membri ta’ l-UE. Din mhiex sovranità ġenwina, għalhekk it-termini formali u s-sovranità vera huma wżati wkoll.

Links

Ara wkoll Federalizmu u Confederazzjoni.