Qorti tal-Prim Istanza
Taħt l-Att Ewropew Waħdieni ta’ l-1987, il-Qorti tal-KE fil-Lussemburgu ġiet provduta b’qorti inferjuri addizzjonali sabiex jieħu ħsieb każijiet inqas importanti, ħafna minnhom ikollhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet tal-personal. Jistgħu jsiru appelli fuq il-punti tal-liġi kontra verdetti lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-UE.
Il-Qorti tal-Prim Istanza tiltaqa’ fi kmamar differenti.
It-Trattat ta’ Nizza jipprovdi aktar qrati speċjalizzati ta’ l-UE.
Il-futur
Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa pproponiet li l-Qorti tal-Prim Istanza tissemma’ mill-ġdid "Il-Qorti Superjuri ta’ l-UE". L-Abbozz tal-Kostituzzjoni jippermetti wkoll li jiġu stabbiliti aktar qrati speċjalizzati.