Strumenti ta’ Ratifika

Signing of Accession Treaty (Photo: European Commission)

Sabiex trattat internazzjonali jkun jorbot legalment fuq Stat għandu jkun iffirmat mill-kap ta’ dak l-Istat jew Gvern, u għandu jkun ratifikat.

F’ittra li tintbaghat mill-kap ta’ l-Istat ta’ Membru partikolari ta’ l-UE, huwa jinforma li l-Istat imsemmi jkun irratifika t-Trattat ta’ l-UE. L-ittra tintbagħat lill-Gvern Taljan għal raġunijiet storiċi – l-ewwel trattati ġew iffirmati f’Ruma.

Id-depożitu ta’ l-ittra jew “strument ta’ ratifika” huwa l-aħħar fażi tal-proċess ta’ ratifikazzjoni tat-Trattat. Ladarba tkun intbagħtet ittra ta’ ratifika ma hemm l-ebda triq lura.

It-trattati ta’ l-UE jidħlu fis-seħħ f’perjodu ta’ żmien miftiehem ladarba l-ittri (strumenti) ta’ ratifika jkunu ġew iddepożitati kollha mill-Istati Membri.

Noti

Minħabba li fil-preżent ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali għall-ħruġ mill-UE, Stat Membru jista’ biss joħroġ mill-UE - de facto – b’deċiżjoni tiegħu stess jew b’deċiżjoni unanima ta’ l-Istati Membri kollha.

Il-futur

Il-Konvenzjoni tipproponi klawsola li tippermetti lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu joħorġu mill-UE wara deċiżjoni tagħhom stess, ara l-Art. I-59.

Links

Ara wkoll Ratifikazzjoni.