Sussidjarjetà
Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà huwa orġinarjament prinċipju soċjali Kattoliku li jiddikjara li s-soċjetà m'għandhiex tidħol f’oqsma fejn il-familji jistgħu jiddeċiedu waħidhom.
It-Trattat ta’ Maastricht għandu protokoll speċjali fuq is-sussidjarjetà li tħeġġeġ lill-UE biex ma tilleġislax meta l-għan ikun jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell lokali (deċentralizzat). Il-prinċipju japplika fl-oqsma kollha fejn l-UE ma tkunx ġiet mogħtija kompetenza esklussiva.
Fil-preżent, hija l-Kummissjoni ta’ l-UE fi Brussel flimkien mat-trattati li jistabbilixxu min għandu joħloq il-liġijiet. Il-monopolju fuq il-propożizzjoni tal-liġijiet tinkludi s-setgħa tad-deċiżjoni tal-bażi legali fir-rigward ta' jekk kompetenza għandhiex tiġi amministrata bħala leġislazzjoni li torbot jew bħala koordinament volontarju.
L-għażla tal-Kummissjoni ta’ l-UE fuq din il-kwistjoni tista’ tiġi emendata biss b’deċiżjoni unanima tal-Kunsill. Dan ifisser li normalment tirbah iċ-ċentralizzazzjoni.
Il-futur
L-Abbozz tal-Kostituzzjoni pproponiet is-sussidjarjetà bħala waħda mill-"Prinċipji Fundamentali" fl-Art. I-9.
Kien hemm tentattivi b’saħħithom sabiex tiġi ntrodotta sussidjarjetà vera, iżda d-deċentralizzaturi tilfu fl-aħħar għal dawk li xtaqu aktar integrazzjoni u li kienu kontra li s-setgħat (kompetenza) jingħataw lura lill-Istati Membri.
Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa sejra għalhekk tipproponi it-trasferiment ta’ aktar setgħat (kompetenza) ta’ l-UE, u mhux anqas.
Iżda, se jkun hemm ukoll sistema ta’ twissija. Taħt din is-sistema, il-Parlamenti nazzjonali jistgħu jopponu ghal proposta tal-Kummissjoni ta’ l-UE fi żmien sitt ġimgħat mill-pubblikazzjoni tagħha għal raġunijiet ta’ ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Jekk terz tal- Parlamenti Nazzjonali tal-Istati Membri jirreaġixxu f’dan il-perjodu, il-Kummissjoni tkun obbligata tħares lejn il-proposta tagħha mill-ġdid – iżda ma tkunx obbligata tibdilha jew tirtirha.
Id-“Democracy-Forum” fil-Konvenzjoni ppropona li l-katalgu annwali tal-liġi ta’ l-UE jkun approvat mill-Parlamenti nazzjonali, inklużi l-bażi legali għal azzjoni ta’ l-UE, sabiex is-sussidjarjetà tkun organizzata minn isfel ‘l fuq, flok minn fuq ‘l isfel.
Links
Ara wkoll ir-rapport tal-Working Group "Subsidiarity" of the Konvenzjoni:
http://european-Convention.eu.......er.asp?lang=EN&Content=WGI