Procedura ta' kooperazzjoni

European Parliament in Brussels (Photo: EP)

Il-proċedura ta’ kooperazzjoni tippermetti lill-Parlament ta’ l-UE jinfluwenza parti minuri tat-tfassil tal-liġijiet fl-UE (l-Artikolu 252 kTEC).

Din il-proċedura ġejja mill-Att Single European ta’ l-1987.
Jekk il-Parlament ta’ l-UE jipproponi emendi, il-Kunsill jista’ biss jirrifjuthom billi jivvota b’mod unanimu.

Sa minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Nizza, baqgħet din il-proċedura biss għal kwistjonijiet ta’ l-UME (economic and monetary union - EMU).

Il-futur

Il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa tipproponi li tabolixxi din il-proċedura u li tintuża l-ko-deċiżjoni u l-konsultazzjoni minflok.