Influwenza

The European Parliament (Photo: sdlpyouth.com/news/?cat=6&paged=2)

Meta jissieħbu, il-membri ta’ l-UE jitilfu s-sovranità u l-influwenza fuq il-liġijiet u l-politika tagħhom stess. Bħala membru ta’ l-UE, pajjiż ma jistax aktar wahdu jiddeċiedi fuq varjetà ta' politika domestika u internazzjonali. Din l-abilità (kompetenza) hija ttrasferita fuq il-livell supra-nazzjonali ta’ l-UE.

Iżda, bħala radd lura, huma jirbħu influwenza fi ħdan l-UE. Din l-influwenza tinkiseb fil-Kunsilli, fejn jittiehdu certi deċiżjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dawk li huma favur l-integrazzjoni ta’ l-UE jgħidu li l-Istati Membri "jikkontribwixxu lejn sovranità komuni". Din tagħtihom influwenza akbar minħabba li Stati Membri oħra, b’mod partikolari l-kbar, għandhom jagħtu kas ta’ l-opinjonijiet ta’ l-istati ż-żgħar.

Fil-Kunsill ta’ l-UE, pajjiż għandu siġġu u pjattaforma sabiex ikun jista’ jagħti l-opinjonijiet tiegħu u jiddeċiedi dwar il-politika ta’ l-UE permezz ta’ votazzjoni. Il-voti huma bejn wieħed u ieħor allokati skond id-daqs tal-popolazzjoni ta’ l-istat, iżda pajjiżi iżgħar għandhom, fuq bażi proporzjonali, aktar voti.

L-elettorat tal-pajjiżi ta’ l-UE huwa rrapreżentat direttament fil-Parlament ta’ l-UE. Filwaqt li l-Parlament ta’ l-UE jista’ jemenda ħafna mil-liġijiet proposti mill-Kunsill tal-Ministri, huwa differenti mill-parlamenti nazzjonali minħabba li ma jistax jagħti bidu għal kwalunkwe liġi.

Barra minn hekk, il-votanti jitilfu s-setgħa kull meta d-deċiżjonijiet imorru Brussel, minħabba li d-deċiżjonijiet huma mbagħad ittrasferiti mill-elettorat u rappreżentanti eletti ta’ l-istati nazzjon għal ħaddiema taċ-ċivil u ministri supra-nazzjonali fi Brussel.

Il-futur

Hemm żewġ soluzzjonijiet maġġuri differenti għal dan l-iżbilanċ demokratiku li qiegħed jiġi diskuss fil-Konvenzjoni ta’ l-UE.

Links

Ara wkoll Deficit Demokratiku.