Kooperazzjoni msaħħa

The European Council must unanimously approve any "enhanced co-operation" (Photo: European Commission)

It-Trattat ta’ Amsterdam ta’ l-1998 ippermetta lill-Istati Membri individwali jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib bejniethom billi jużaw l-istituzzjonijiet komuni ta’ l-UE, sakemm l-ebda ftehim ma jaffettwa l-"aquis communautaire" u l-Politika Komuni tas-Sigurtà u l-Politika Barranija (PKSB).

Kull kooperazzjoni msaħħa kellha tiġi approvata b’deċiżjoni unanima fil-Kunsill Ewropew. Dan ippermetta lill-pajjiżi li jużaw il-veto individwalment. Għalhekk id-dispożizzjoni kienet diffiċli biex tintlaħaq u qatt ma ġiet użata.

Mill-1 ta’ Frar 2003 it-Trattat ta’ Nizza jippermetti kooperazzjoni msaħħa bejn tmien pajjiżi – kif ukoll għall-PKSB – jekk din tiġi approvata b’maġġoranza kwalifikata, għajr għal oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva ta’ l-UE u għal kwistjonijiet ta’ difiża u militari.

Noti

Xi Ewrokritiċi jaraw il-kooperazzjoni msaħħa għal sottogruppi ta’ membri ta’ l-UE bħala waħda li tipprovdi bażi legali għal UE b’żewġ safef u żewġ klassijiet. Jekk grupp ta’ Stati Membri li jkun kbir biżżejjed biex ikollu l-maġġoranza fi ħdan l-UE jiddeċiedi li jieħu d-deċiżjonijiet waħdu, dan il-grupp ikun jista’ jmexxi l-UE mingħajr ma jikkonsulta lill-bqija ta’ l-Istati Membri.

Oħrajn jarawha bħala strument ta’ flessibilità. Il-[w convention_working_groups]working group[/W] tad-Difiża tal-Konvenzjoni u proposta Franko-Ġermaniża dwar id-difiża ssuġġerew li l-kooperazzjoni msaħħa għandha tiġi estiża għal kwistjonijiet ta’ difiża, u l-Abbozz tal-Kostituzzjoni jipproponi regoli speċjali fuq kooperazzjoni msaħħa.

Il-futur

Ara l-abbozz Kostituzzjonali, Art. I-43.